19530. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il
vettura nxtrat għall-użu tal-missjonijiet diplomatiċi ta’ pajjiżna tul is-snin
2019 u 2020? Jista’ jgħid jekk hemmx talbiet reġistrati għal tul din is-sena?
24/02/2021
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninsab infurmat li matul is-snin 2019 u 2020 inxtraw
10 karozzi għal użu ġewwa l-missjonijiet diplomatiċi ta’ Malta. S’issa saru
talbiet sabiex jinbidlu l-karozzi uffiċjali ġewwa 3 missjonijiet oħra.
Seduta 434
02/03/2021
No comments:
Post a Comment