9.9.21

TALBIET GĦALL-BENEFIĊĊJU TAL-PAROLE

  

 

 

18116. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-benefiċċju tal-Parole s-sena li għaddiet u kemm talbiet ġew milqugħa? Jista’ jindika wkoll kemm kien l-ammont komplessiv ta’ applikazzjonijiet sena b’sena, minn meta bdiet topera din il-liġi u kemm ġew effettivament milqugħa?

 

12/01/2021

 

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2020 saru tnejn u sebgħin (72) talbiet għal beneficcju tal-Parole. Uħud minn dawk għadhom qed jiġu proċessati. Waqt li s’issa minn dawn it-talbiet li saru fl-2020, ħdax (11) minnhom ġew milqugħa.

 

Fl-2013 kien hemm ħamsa u disgħin (95) applikazzjoni għall-parole.

Fl-2014 kien hemm mija u tnejn (102) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2015 kien hemm mija u disgħa (109) applikazzjoni għall-Parole.

Fl-2016 kien hemm tmienja u disgħin (98) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2017 kien hemm tlieta u sebgħin (73) applikazzjoni għall-Parole. Dawn jinkludu każ li kien ġie referrit lil Bord tal-Parole mill-Qorti Kostituzzjonali

Fl-2018 kien hemm sitta u sittin (66) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2019 kien hemm disgha u sebgħin (79) applikazzjoni għall-Parole

Fl-2020 kien hemm tnejn u sebgħin (72) applikazzjoni għall-Parole.

 

Mill-2013 sal-2020 kien hemm total ta’ mija u erbgħa u erbgħin (144) li ġew milqugħa.

 

 

Seduta  417

19/01/2021

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...