21384. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil
fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba
huwiex jiġi konsultat dwar ix-xogħol li għandu jsir f'Wied Blandun Fgura u jekk
iva b'liema mod?
24/05/2021
ONOR. AARON
FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-immaniġġjar ta’
Wied Blandun, u ta’ widien oħra f’Malta, jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’
Ministeru ieħor, speċifikament taħt Diviżjoni li għandha l-għarfien,
il-kapaċità u r-riżorsi meħtieġa sabiex twettaq interventi f’żoni sensittivi.
Għaldaqstant, dment li ma jkunux meħtieġa permessi mill-awtoritajiet
regolatorji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u
l-Ippjanar, ma narax il-ħtieġa li dan il-Ministeru, jew l-entitajiet li jaqgħu
taħtu, jiġu kkonsultati qabel isiru x-xogħlijiet.
Seduta 469
02/06/2021
No comments:
Post a Comment