21.9.21

DOKUMENTI FIL-KOLLEZZJONI ĠULJANA LETARD-CIANTAR.

 

 

20788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f'kemm hemm dokumenti fil-kollezzjoni magħrufa bħala Ġuljana Letard-Ciantar? Jista’ jindika jekk sarx inventarju sħiħ tagħhom u jekk għandhomx restawr? Jista’ jindika wkoll jekk id-dokumenti humiex għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?

 

28/04/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-kollezzjoni Ġuljana Letard-Ciantar tikkonsisti f’1009 volum kif ukoll ammont ta’ dokumenti sfużi.  Bħal f’kull każ ta’ kollezzjoni li tasal fl-Arkivji Nazzjonali, din il-wasla tiskatta diversi proċessi arkivistiċi.  Dawn jikkonsistu f’tindif preliminari, katalogar, konservazzjoni professjonali jekk ikun hemm bżonn, diġitaliżazzjoni jekk ikun hemm bżonn u finalment ftuħ għal pubbliku.  F’dan il-każ ġew assenjati żewġ arkivisti professjonali li ħadmu fuq din il-kollezzjoni.  Tlesta l-katalgu preliminari u bħalissa qed tiddaħħal din l-informazzjoni f’katalgu elettroniku.  Il-kollezzjoni għada mhux miftuħa għal pubbliku, iżda hu maħsub li dan isir sal-aħħar ta’ din is-sena.

 

Seduta  455

03/05/2021

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...