20.9.21

FGURA – APPARTAMENTI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA TAL-PROGRAMM TA’ MANUTENZJONI TAL-BINJIET TAL-GVERN (2011-2015)

 

 

21389. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B’referenza għall-iskema taħt il-Programm ta’ Manutenzjoni tal-Binjiet tal-Gvern (2011-2015), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti fil-Fgura minn dan mill-2019 sal-lum? Jista’ jinforma wkoll liema huma previsti li jsiru tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan il-Kunsill Lokali ġiex ikkonsultat?

 

24/05/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2019 il-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika minn żewġ blokok taħt l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern.

Il-blokok kienu s-segwenti:

BLK B1, TRIQ MARTIN LUTHER KING, FGURA

BLK C1, TRIQ IL-GOJJIN, FGURA

Ix-xogħol fi Blk C1, Triq il-Ġojjin huwa ffinalizzat filqwaqt li ta’ Blk B1, Triq Martin Luther King wasal fi stat avvanzat.

 

 

Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorita’ tad-Djar. Matul is-sena 2020 l-Kunsill Lokali tal-Fgura ġie allokat 3 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll f’din l-iskema. Il-proċess tal-għażla għadu għaddej.

 

Seduta  470

03/06/2021

 

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...