20795. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà
Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm
ħaddiema minn dawk li jittrasportaw ikel fid-djar li kienu involuti f’inċidenti
tat-traffiku u kemm sofrew feriti?
28/04/2021
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Infurmat li ma jinżammu l-ebda dettalji dwar
l-okkupazzjoni jew ix-xogħol ta’ persuni li jkunu nvoluti f'inċidenti
tat-traffiku. Vetturi użati minn persuni in kwistjoni huma jew mikrija jew
personali, għalhekk b'differenza mill-vetturi ta 'l-Ambulanzi, Taxis u
Pulizija, dawk indikati fil-PQ ma jistgħux jiġu identifikati u l-informazzjoni
ma tistax tinġabar.
Seduta 456
No comments:
Post a Comment