21535. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà
Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar
laqgħa mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar Ġnien il-Mediterran u jista’
jgħid jekk intlaħaqx ftehim dwar kif ser ikun hemm għajnuna mill-Faċilità Korrettiva
ta’ Kordin?
31/05/2021
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi żżomm
kuntatt kontinwu mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex tara kif tkun tista'
tgħin u tassisti fosthom b’ diskussjonijiet biex l-Aġenzija tkun tista' trodd
xi ħaġa lill-komunità.
Seduta 470
03/06/2021
No comments:
Post a Comment