20868. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza
għall-mistoqsija parlamentari 20211, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew
preparati sabiex waqt it-tkomplija tax-xogħol u wara li jkun lest il-Paola Hub,
il-ġirien ikollhom faċilitajiet biex jipparjkaw u mingħajr spejjeż?
30/04/2021
ONOR. IAN BORG: Kif
diġà spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20211 tal-istess
Onorevoli membru, temporanjament f’din iż-żona qed isiru xogħolijiet fuq
il-Paola Medical Hub, li huwa proġett tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll
xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tas-servizzi taħt l-art minn Infrastructure
Malta bħala parti mit-tħejjijiet għall-istess proġett. Minħabba li saru trinek
fondi madwar żewġ sulari kien hemm bżonn li jittieħdu spazji ta’ xi parkeġġi
biex ix-xogħol ikun jista’ jsir b’mod sigur mingħajr ma t-triq tingħalaq
kompletament. Malli jitlestew dawn ix-xogħlijiet, l-aġenzija se terġa’ tibni
l-bankini u tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt biex l-ispazju
fit-triq jerġa’ lura għal li kien. Infurmat ukoll li fil-viċinanzi ta’ din
iż-żona jinsab parkeġġ li huwa amministrat mill- Kunsill Lokali.Il-mistoqsija
għandha tiġi referruta lil Ministeru Kkonċernat.
Seduta 457
05/05/2021
No comments:
Post a Comment