21542. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’
l-Ministru jgħid jekk investigax id-diffikultà li hemm f'Triq San Ġorġ Raħal
Ġdid sabiex vetturi tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jgħaddu billi jidher
evidenti li ma jistgħux?
31/05/2021
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jinvestigax
toroq u dan għaliex huwa evidenti li pajjiżna fih toroq li ma jidħlux karozzi
jew trakkijiet. Infurmat iżda fit-triq imsemmija jgħaddu minna l-iżgħar vetturi
tal-Protezzjoni Ċivili.
Seduta 471
08/06/2021
No comments:
Post a Comment