19546. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul
din is-sena u dik li ġejja hemmx il-pjan li jinfetħu ambaxxati, kummissjonijiet
għolja jew konsolati ġenerali?
25/02/2021
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li hija l-intenzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u
Ewropej li jaħdem biex ikollu Ambaxxata ġewwa Brasilia fil-Brażil, f’Doha
l-Qatar u Addis Ababa ġewwa l-Etjopja. Barra minn hekk il-Ministeru qed jaħdem
sabiex jiftaħ Konsulat Ġenerali ġewwa Casablanca fil-Marokk. . Il-Ministeru qed
jaħdem ukoll biex Malta jerġa’ jkollha Ambaxxata tiffunzjona ġewwa Tripli
fil-Libja.
Seduta 434
02/03/2021
No comments:
Post a Comment