20203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura
u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk ix-xogħol f’Triq
Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk huwiex konkluż u jekk le għaliex? Jista’ jinforma
x’xogħol sar u kemm huwa stmat li ser jiswa?
22/03/2021
ONOR. IAN
BORG: Bħala parti mill-investiment kontinwu tagħha biex ittejjeb il-kwalità u
s-sigurezza fit-toroq f’Malta, Infrastructure Malta qed twettaq ukoll programm
estensiv ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq rurali
f’lokalitajiet differenti.
Ħafna minn dawn it-toroq qalb
il-kampanja tħallew fi stat ta’ telqa għal għexieren ta’ snin. Illum il-ġurnata
dawn it-toroq ma jintużawx biss mill-bdiewa li jkollhom l-għelieqi fl-inħawi,
imma huma wkoll imfittxijin ħafna minn minn bosta dilettanti tal-ġiri, tal-mixi
u miċ-ċiklisti. Uħud minn dawn it-toroq ma kienux sarulhom pedamenti adegwati u
Infrastructure Malta qed terġa’ tibnihom b’materjali aktar b’saħħithom u li
jservu aktar fit-tul.
Bħala parti minn dan
il-programm, f’nofs Frar Infrastructure Malta bdiet xogħlijiet simili fi Triq
Xrobb l-Għaġin b’investment li hu stmat li se jlaħħaq is-somma ta’ €812,000
(VAT eskluż). Billi din it-triq twila mhux ħażin, madwar 3 kilometri, ix-xogħol
qed isir f’fażijiet u parti minnha diġà ngħatat l-ewwel kisja bl-asfalt.
Mill-2019, Infrastructure
Malta bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet ta’ titjib f’aktar minn 230 triq
rurali f’iżjed minn 30 lokalità differenti. Dan l-investiment biex tittejjeb
l-infrastruttura għas-settur agrikolu se jissokta matul din is-sena u fis-snin
li ġejjin, bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq rurali u xogħlijet oħrajn simili.
Seduta 446
No comments:
Post a Comment