19545. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid jekk
huwiex minnu li hemm numru ta’ rappreżentanzi diplomatiċi tagħna li baqgħu ma
nstallawx l-IT equipment li ġie
indikat u mibgħut lilhom mill-Ministeru? Jista’ jindika liema huma dawn?
Għal-liema raġuni dan l-proċess baqa’ ma sarx?
25/02/2021
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-aħħar
sena il-Ministeru bagħat erbgħin vjeġġ ta’ tagħmir elettroniku jew relatat
mat-teknoloġija tal-informatikalejn il rappreżentanzi diplomatiċi ta Malta.
Il-maġġoranza ta’ dan it-tagħmir huwa nstallat diġà.
Hemm numru ta’ tagħmir li għadu
jrid jiġi installat f’rappreżentanzi bħal Moska, Toronto, Washington u New
Delhi. Għalkemm f’ċertu sitwazzjonijiet il-Ministeru jista’ jinstalla b’mod
remot, dan mhux dejjem possibbli minħabba ċertu kontrolli. Minħabba l-pandemija
u s-saħħa u s-sigurtà tal-uffiċjali, il-Ministeru baqa’ lura milli jibgħat
l-uffiċjali tiegħu barra mill-pajjiż, fejn mhux assolutament neċessarju. Dan ma
jfissirx, illi dawn ir-rappreżentanzi ma jistgħux jiffunzjonaw bħalissa.
Seduta 434
02/03/2021
No comments:
Post a Comment