18115. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’
l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari ġie rilokat is-sena
li għaddiet u lejn liema pajjiżi?
12/01/2021
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli
interpellant illi matul l-2020 Membri Stati oħra kkommettew ruħhom li
jirrilokaw 497 immigrant minn Malta li daħlu rregolarment bid-dgħajsa. Minkejja
diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq tal-ajruporti, sal-aħħar
tas-sena ġew rilokati 273 immigrant. Dawn l-immigranti ġew rilokati lejn Franza
(106), Ġermanja (125), Portugal (6), Lussemburgu (7), Finlandja (25) u Rumanija
(4). It-trasferimenti ta’ dawn il-persuni ser jitkomplew fl-2021.
Seduta 417
19/01/2021
No comments:
Post a Comment