20118. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru
jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19980 li oriġinarjament saret lill-Ministru
għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta
lilu u jinforma l-Kamra jekk sarx rapport tekniku dwar it-triq li tgħaddi fi
Pjazza Antoine De Paule Raħal Ġdid billi jidher ċar li diġà ċediet u niżlet ‘l
isfel b’inkonvenjent għar-residenti u l-ħwienet?
17/03/2021
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.
Interpellant illi ninsab infurmat li sar rapport mill-Perit tal-Kunsill u
qiegħda tiġi kkunsidrata l-aħjar azzjoni li għandha tittieħed dwaru.
Seduta 444
23/03/2021
No comments:
Post a Comment