Showing posts with label Rahal Gdid. Show all posts
Showing posts with label Rahal Gdid. Show all posts

20.9.21

RAĦAL ĠDID – SISTEMA TA’ DRIP IRRIGATION FIL-ĠNIEN IL-MEDITERRAN

 

 

21538. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsalill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex mitlub sabiex jassisti l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex ikun hemm sistema aqwa ta' drip irrigation f'Ġnien il-Mediterran u jista’ jiġi mfassal parir ta’ dak li huwa l-aħjar mod ta’ kif jinżamm?

 

31/05/2021

 

 

  ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  470

03/06/2021

18.9.21

RAĦAL ĠDID - ĠNIEN IL-MEDITERRAN

 

 

21382. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21108, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid u l-Correctional Services Agency, tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin?

 

24/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

 

Seduta  468

01/06/2021

 

PJAZZA TA’ RAĦAL ĠDID – TRIQ ĦAL SAFLIENI, TRIQ ĦAL LUQA U TRIQ IL-FOSS - ĦAMIEM

 

 

21381. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Ministeru lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?

 

24/05/2021

 

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  468

01/06/2021

 

PJAZZA TA’ RAĦAL ĠDID – TRIQ ĦAL SAFLIENI, TRIQ ĦAL LUQA U TRIQ IL-FOSS - ĦAMIEM

 

 

21380. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Ministeru lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?

 

24/05/2021

 

  ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  468

01/06/2021

 

PJAZZA TA’ RAĦAL ĠDID – TRIQ ĦAL SAFLIENI, TRIQ ĦAL LUQA U TRIQ IL-FOSS - ĦAMIEM

 

 

21379. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?

 

24/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ser tkun qed tindirizza din il-kwistjoni għan-nom tal-Kunsilli Lokali kollha. Ninsab ukoll infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li ser ikun qed jipparteċipa f’din l-inizzjattiva.

 

Seduta  468

01/06/2021

KUNSILL LOKALI TA’ RAĦAL ĠDID – PJAZZA ANTOINE DE PAULE.

 

 

21544. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x'responsabbilità legali u x'dokumenti ġew iffirmati sabiex il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid jieħu f'idejh, jekk ma ħax diġà, Pjazza A De Paule?

 

31/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi  il-Pjazza Antoine de Paule taqa’ de facto taħt il-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid, u għaldaqstant ma kienx hemm il-bżonn ta’ dokumenti iffirmati. Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta ġie nkarigat bir-refurbisbishments u upgrades neċessarji, liema xogħol qiegħed jiġi mfassal u maħdum bħalissa.

 

Seduta  471

08/06/2021

 

 

RAĦAL ĠDID – TRIQ SAN ĠORĠ - AMBULANZI

 

 

21543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk investigax d-diffikultà li hemm f'Triq San Ġorġ Raħal Ġdid sabiex ambulanza tkun tista’ tgħaddi, billi jidher evidenti li ma tistax?

31/05/2021

 

ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-1 ta’ Ġunju sar test drive bl-ambulanza u nstab li ma hemm l-ebda problema biex vettura ta’ dan it-tip tgħaddi minn Triq San Ġorġ, Raħal ġdid.

 

Seduta  471

08/06/2021

RAĦAL ĠDID – TRIQ SAN ĠORĠ – VETTURI TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI.

 

 

21542. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk investigax id-diffikultà li hemm f'Triq San Ġorġ Raħal Ġdid sabiex vetturi tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jgħaddu billi jidher evidenti li ma jistgħux?

 

31/05/2021

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jinvestigax toroq u dan għaliex huwa evidenti li pajjiżna fih toroq li ma jidħlux karozzi jew trakkijiet. Infurmat iżda fit-triq imsemmija jgħaddu minna l-iżgħar vetturi tal-Protezzjoni Ċivili.

 

Seduta  471

08/06/2021

RAĦAL ĠDID – TRIQ SAN ĠORĠ – KOMUNIKAZZJONI MAL-KUNSILL LOKALI

 

 

21541. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x'komunikazzjoni saret mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar Triq San Ġorġ? Huwa infurmat li hemm diversi residenti li sabu l-vetturi tagħhom b'ħsarat, kif ukoll li ma tistax tgħaddi ambulanza jew servizzi neċessarji u dan minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa?

 

31/05/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità rċiviet komunikazzjoni mill-kunsill lokali fir-rigward ta’ din it-triq u wara li għamlet l-ispezzjonijiet neċessarji, ser tkun qiegħda tgħaddi r-rakomandazzjonijiet lill-kunsill lokali.

 

Seduta  471

08/06/2021

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN IL-MEDITERRAN – SISTEMA TA’ DAWL AĦJAR

 

21540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx talba mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid sabiex Ġnien il-Mediterran ikollu sistema aqwa ta' dawl u għala hemm id-dewmien biex dan jiġi installat?

 

31/05/2021

 

  ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Enemalta PLC ma rċeviet l-ebda’ talba għal sistema aqwa ta’ dawl fil-post indikat.

 

Seduta  471

08/06/2021

 

RAĦAL ĠDID – FAĊILITAJIET PUBBLIĊI – SERVIZZ TA’ TINDIF

 

 

21539. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-faċilitajiet pubbliċi ("public convenience") ġewwa Raħal Ġdid humiex ilkoll f'idejn il-Kunsill Lokali u jekk le għala? Jista’ jindika x'servizz ta' tindif hemm biex jinżammu tajba kif mistenni?

 

31/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li bħalissa il-Kunsill għandu f'idejh il- faċilitajiet pubbliċi (public convenience) tal-Ġnien Pawlu Boffa u ta' Triq il-Foss. Assenjanti magħhom hemm ħaddiema mill-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation (CWSEF).

 

Seduta  471

08/06/2021

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...