19.10.26

IS-SENS TAT-TMIEM

1. Mhix l-ewwel darba li ssib lil ħabib jitkellem fuq il-mewt. Ftit huma dawk li jitkellmu fuq l-aspett filosofiku. Iżda ħafna huma dawk li jintilfu jitħassru lilhom infushom.

2. Naraw il-mewt bħala traġedja. It-tmiem tal-ħajja mhix aċċettata mill-bniedem. Minkejja snin ta’ eżistenza, nibqgħu marbuta b’rabta materjali mal-ħajja.

3. Qisna naċċettaw biss il-mewt ta’ xi ħadd li qabeż ħafna numri. Hemm biss qisna ma ngħidux “jaħasra”. Hemm biss forsi nagħlqu għajnejna, anzi rriduha, għax hemm il-probabbiltà tal-agunija.

4. Quddiem dan, il-bniedem jieqaf u jirrifletti. Quddiem il-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-bniedem jidher li anqas biss beda. Ir-rivoluzzjoni ta’ ħsieb ma tistax tiġi kkalkulata. Ma tistax għax il-moħħ tal-bniedem irid jintelaq aktar u aktar fuq Triqtu biex jibda jidħol.

5. Kristu ġie biex imut. Ġie biex jgħaddi mill-passjoni. Il-ħruxija li bata ma kenitx aċċidentali; kienet intenzjonata. U, aktar u aktar, mhux biss, kien ħerqan li jmut kif miet.

6. Ħajja dedikata għall-proxxmu. Ħajja li l-kelma ‘altruwiżmu’ ma tfissirx biżżejjed is-sagrifiċċju u ċ-ċaħda ta’ kollox. U, ngħid jien, kif nista’ jirnexxili nimitak, Sidi, jekk moħħi biex nara kif se ngħix fit-tul u ma nbatix? Nitolbok, għallimni u ibdilni kif trid Int, u Int biss.

No comments:

IS-SENS TAT-TMIEM

1. Mhix l-ewwel darba li ssib lil ħabib jitkellem fuq il-mewt. Ftit huma dawk li jitkellmu fuq l-aspett filosofiku. Iżda ħafna huma dawk li ...