19555. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17990 u 18320, jista’ l-Ministru jgħid jekk marrux uffiċjali mill-Ministeru sabiex jaċċedu fuq il-post u jaraw jekk il-materjal li hemm fir-ritratti li qed jingħataw separatament effettivament tneħħa għax huwa ta' perikolu u ta’ ostaklu?
26/02/2021
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali
tal-MITP fl-20 ta’ Jannar 2021 għamlu inspection fuq il-post msemmi,
nikkonfermaw li ma jeżisti l-ebda materjal depositat jew restawr meħtieg,
fiż-żona fdata lil dan il-Ministeru.
Seduta 436
08/03/2021
No comments:
Post a Comment