31.3.21

RAĦAL ĠDID – SUSSIDJU FUQ KIRJIET

 

 

14258. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13786 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Raħal Ġdid fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

 

04/05/2020

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar ma jkollix informazzjoni fuq il-proprjetajiet kollha mikrija mill-privat. Għaldaqstant, mhux possibbli li tintbgħat ittra lil kull resident.

Ta’ min jgħid li l-informazzjoni fuq tali skema tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku https://housingauthority.gov.mt/en/Pages/Schemes/Housing-Benefit.aspx, li kopja ta’ dan is-sit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, mill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar (fuq Freephone 80072232) u mis-servizz.gov (fuq 153).

 

Seduta  330

13/05/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...