18119. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’lezzjonijiet saru għar-residenti li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u f’liema suġġetti tul is-sena li għaddiet? Kif ukoll jista’ jgħid kemm-il resident attenda?
12/01/2021
ONOR.BYRON CAMILLERI: Ninforma l-Onor Interpellant li
matul is-sena skolastika li bdiet Ottubru 2020, CSA bdiet toffri 15-il kors
fejn l-attendenza tal-priġunieri tlaħħaq il-153. Dawn il-korsijiet qed jiġu
offruti b’ kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi lokali, eżempju Life
Long Learning. Il-korsijiet isiru fi gruppi żgħar sabiex il-priġunieri
jingħataw attenzjoni inividwali. Is-suġġetti offruti huma varjati u jinkludu
l-Ingliż, l-Ispanjol, il-matematika, l-ICT, cookery and nutrition, crafts u
life skills.
Matul is-sena 2020, numru ta’ priġunieri resqu għal eżamijiet
tal-Matsec fil-Livell Ordinarju, u kisbu riżultati tajba ferm.
Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ħames priġunieri attendew
korsijiet f’istituzzjonijiet edukattivi barra l-ħabs. Bħala studenti priġunieri
ma kienx hemm drop-outs. L-oqsma ta’ studju jinkludu sport, marketing, social
care u business administration. Il-livelli jvarjaw minn Level 2 sa Level 6.
Bħala parti mis-sistema edukattiva tal-Faċiltia Korrettiva ta’
Kordin, fis-sena 2020, fil-qasam ta’ l-isport ġew implementati diversi
inizjattivi. Inizjattivi marbuta mal-isports jiġu mplimentati b’mod struttarat
bħala parti mill-pjan ta’ kura tal-priġuniera tal-Faċilita u jservu biex
minbarra l-benefiċċju tal-attivita fiżika, jitgħallmu jikkomunikaw, jaħdmu
f’team eċċ. Kien hemm ukoll l-opportunità li priġunieri joħorġu barra l-ħabs,
jilagħbu logħba futbol kontra klabb lokali. Dan kollu bħala parti mill-programm
ta’ edukazzjoni u reintegrazzjoni tal-priġunieri.
Saru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ
ta’ kif wieħed jagħmel CV u jġibruħu f’interview. Ma’ bank lokali saru wkoll
korsijiet dwar kif wieħed jiftaħ kont.
Seduta 418
20/01/2021
No comments:
Post a Comment