31.3.21

IL-ĠAPPUN – AMBAXXATA

 

 

14091. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11888, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’żviluppi ulterjuri kien hemm fir-rigward tal-ambaxxata ta’ pajjiŻna fil-Ġappun u għalhekk jekk ġiex identifikat u magħżul bini opportun?

 

28/04/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bini opportun kien ġie identifikat wara ħidma mill-Ministeru u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġappun. Wara li l-bini opportun ġie magħżul minn fost għadd ta’ propjetajiet u maqbul li dan jissodisfa l-kriterji mposti mill-Ministeru, bdew negozjati biex jiġi iffirmat il-kuntratt biex ikun jista’ jinkera dan il-post fid-distrett ta’ Shiroganedai f’Tokyo. Minħabba l-iżviluppi tal-Covid-19, dan il-proċess kellu sfortunatament jiġi mwaqqaf għax is-sitwazzjoni ma kinitx tippermetti li staff tekniku tal-gvern jitla’ l-Ġappun u peress li l-post kien għall-kera, u sid il-kera ma setax jistenna iktar. Għaldaqstant il-proċess huwa wieqaf u kollox irid jerġa jibda mill-bidu sakemm is-sitwazzjoni terga tiġi għan-normal u l-vjaggi lejn il-Ġappun ikunu jistgħu jerġgħu jseħħu.

 

Seduta  330

13/05/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...