18122. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI
staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali:
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-pitturi tal-pittur Mattia Preti
li huma fil-kollezzjoni nazzjonali humiex kollha esposti jew hemmx uħud li ma
humiex?
12/01/2021
ONOR.
JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab
infurmat li l-kwadri kollha ta’ Mattia Preti huma esebiti, filwaqt li ftit
oħrajn li huma attribwiti lilu jew lill-bottega tiegħu qed jintużaw għal
rotazzjoni. Iż-żewg kwadri tal-istess pittur li nxtraw speċifikament
għall-Mużew ta’ Għawdex u għall-Palazz tal-Gran Mastru eventwalment se jiġu
esebiti fil-postijiet imsemmija.
Seduta 418
20/01/2021
No comments:
Post a Comment