14092. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ambaxxaturi ta’ pajjiżna li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom sal-aħħar ta’ Marzu 2020 u jista’ jindika liema huma?
28/04/2020
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Infurmat li sal-aħħar ta’ Marzu 2020 kien hemm sittax
(16) Ambaxxaturi li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali
tagħhom.
Ma’ dan l-ammont hemm ukoll
inklużi dawk l-Ambaxxaturi li sal-aħħar ta’ Marzu kienu qegħdin wkoll jistennew
li jinħarġilhom l-agrément. Barra
minn hekk fil-każ tal-Brażil u tal-Oman, l-ammbaxxaturi diġa preżentaw l-copie d’usage tagħhom.
Dawn huma hekk kif ġej:
|
Brażil |
Sur Pius Camilleri |
|
Panama |
Dr Michael Buhagiar |
|
Arġentina |
Sur Frank Galea |
|
Ċili |
Sur Frank Galea |
|
Oman |
Sur Paul Mifsud |
|
Maċedonja ta’ Fuq |
Sinjura Mary Scicluna |
|
Estonja |
Sur Michael Zammit Tabona |
|
Portugal |
Sur John Camilleri |
|
Ġermanja |
Sinjura Marlene Bonnici |
|
Italja |
Sur Carmel Vassallo |
|
Emirati Għarab Magħquda |
Sinjura Maria Camilleri
Calleja |
|
Iżrael |
Sur Patrick Cole |
|
Żvizzera |
Dr Albert Friggieri |
|
Liechtenstein |
Dr Albert Friggieri |
|
Djibouti |
Sur Ronald Micallef |
|
Indja |
Sur Reuben Gauci |
Seduta 330
13/05/2020
No comments:
Post a Comment