31.3.21

IL-FGURA U ĦAL TARXIEN – GĦAJNUNA LILL-BDIEWA

 

 

14290. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu favur u sabiex jgħinu numru ta’ bdiewa u raħħala li hemm fil-Fgura u Ħal Tarxien invista tal-kriżi preżenti?

 

04/05/2020

 

  ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant  illi l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet għall-Annimali jaħdem sabiex imexxi ‘l quddiem l-agrikoltura Maltija u Għawdxija u ma jagħmilx distinzjoni bejn raħal u ieħor.

 

Sabiex jixpruna s-settur agrikolu, il-gvern fassal politika agrikola nazzjonali illi tagħti direzzjoni lis-settur għas-snin li ġejjin. Din il-politika fiha numru ta’ miżuri li jħarsu lejn varji aspetti bħal dawk ekonomiċi, soċjali, ta’ governanza, kif ukoll immaniġġjar ta’ riżorsi.

 

Wieħed mill-aspetti ta’ din il-politika li jindirizza l-sfidi ta’ dan is-settur huwa l-promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalita’. Il-passi li ttieħdu minn meta tnedhiet l-Istrategija Nazzjonali jinkludu il-Kampanja Wines of Distinction immirata lejn promozzjoni ta’ inbejjed ta’ kwalità u l-introduzzjoni u l-promozzjoni ta’ skema ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli f’Malta. F’dawn iż-żminijiet diffiċli, il-Ministeru nhieda kampanja mmirata lejn l-apprezzament tax-xogħol tal-bidwi u r-raħhal Malti permezz tal-Kampanja ‘Agħżel il-frisk, Agħżel il-bnin’.

 

Il-Ministeru qed jagħmel studju sabiex jiġi eżaminat l-impatt ekonomiku ta’ COVID-19 fuq is-settur sabiex ikun jista’ jfassal skemi ta’ għajnuna.

 

Seduta  336

27/05/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...