31.3.21

HAGUE CONFERENCE ON PRIVATE INTERNATIONAL LAW - CONVENTION OF 2 JULY 2019 ON THE RECOGNITION AND ENFORCEMENT OF FOREIGN JUDGEMENTS IN CIVIL OR COMMERCIAL MATTERS

14261. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13776 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx intenzjoni li Malta taċċedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'miżuri se jittieħdu biex dan isir? Jekk fin-negattiv, jista' jagħti r-raġunijiet għala?

 

04/05/2020

 

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Il-Konvenzjoni tal-Aja li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, taqa’ fil-kompetenza tal-Unjoni Ewropeja u għalhekk Malta waħidha ma tistax taċċedi għal din il-Konvenzjoni. Din il-Konvenzjoni tittratta suġġett li jaqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li Malta (bħal kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni) ma tistax tiddeċiedi unilateralment li taċċedi f’tali Konvenzjoni, mingħir l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

 

Seduta  331

18/05/2020

 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...