18116. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI
staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar
tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet
għall-benefiċċju tal-Parole s-sena li għaddiet u kemm talbiet ġew milqugħa?
Jista’ jindika wkoll kemm kien l-ammont komplessiv ta’ applikazzjonijiet sena
b’sena, minn meta bdiet topera din il-liġi u kemm ġew effettivament milqugħa?
12/01/2021
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2020 saru tnejn u
sebgħin (72) talbiet għal beneficcju tal-Parole. Uħud minn dawk għadhom qed
jiġu proċessati. Waqt li s’issa minn dawn it-talbiet li saru fl-2020, ħdax (11)
minnhom ġew milqugħa.
Fl-2013 kien hemm ħamsa u disgħin
(95) applikazzjoni għall-parole.
Fl-2014 kien hemm mija u tnejn
(102) applikazzjoni għall-Parole
Fl-2015 kien hemm mija u disgħa
(109) applikazzjoni għall-Parole.
Fl-2016 kien hemm tmienja u disgħin
(98) applikazzjoni għall-Parole
Fl-2017 kien hemm tlieta u sebgħin
(73) applikazzjoni għall-Parole. Dawn jinkludu każ li kien ġie referrit lil
Bord tal-Parole mill-Qorti Kostituzzjonali
Fl-2018 kien hemm sitta u sittin
(66) applikazzjoni għall-Parole
Fl-2019 kien hemm disgha u sebgħin
(79) applikazzjoni għall-Parole
Fl-2020 kien hemm tnejn u sebgħin
(72) applikazzjoni għall-Parole.
Mill-2013 sal-2020 kien hemm total
ta’ mija u erbgħa u erbgħin (144) li ġew milqugħa.
Seduta 417
No comments:
Post a Comment