19556. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19358, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ir-ristrutturazzjoni tat-titjiriet tal-linja nazzjonali l-Air Malta għal din is-sena, tinkludiex titjiriet chartered jew bl-iskeda għal Lourdes u lura, u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li dawn it-titjiriet isiru?
26/02/2021
ONOR. CLYDE
CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta qatt
ma kellha titjiriet purament bi skeda għal Lourdes.
Kien hemm perjodu fejn kien
hemm xi titjiriet li kienu ‘part charter’
u ‘part schedule’ (charter/schedule).
Bħalissa ma hemmx il-ħsieb li
jkun hemm titjiriet lejn Lourdes la bi skeda u l-anqas b’charter. Ma hux esklus li jkun hemm xi titjiriet jekk
ikun hemm id-domanda jew jekk ic-cirkostanzi jippermettu.
Seduta 436
No comments:
Post a Comment