19.3.21

AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – POLICIES RIGWARD ĦSEJJES U INKONVENJENZI MINN STALAZZJONI TA’ AIR CONDITIONING JEW FRIDGES INDUSTRIJALI

 

19936. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13200, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet ta’ vjolazzjoni tad-dokument ta’ politika DC2015 u x’passi ttieħdu dan għax hemm numru ta’ persuni li qed jbatu minn inkonvenjent varji li jsiru minn terzi kif ukoll mill-komplikazzjonijiet tal-proċeduri li jridu jgħaddu minnhom spejjeż tagħhom?

 

10/03/2021

 

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policies tad-document DC2015, huma rilevanti għall-Awtorità tal-Ippjanar biex isir l-assessjar tal-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li jiġu sottomessi. Dan id-dokument DC2015 ma jintużax biex jiġi deċiż jekk żvilupp hux illegali jew le. L-Awtorità tal-Ippjanar tara jekk żvilupp għandux bżonn permess, jew le, skont id-definizzjoni ta’ żvilupp fl-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552). Jekk żvilupp għandu bżonn permess, l-Awtorità tara li l-iżvilupp ikun qed isir jew sar skont il-kundizzjonijiet ta’ dak il-permess. L-Inkonvenjent varji li jsiru minn terzi, hekk kif riferuti fil-Mistoqsija Parlamentari, huma generalment relatati ma kwistonijiet ta’ nuqqas ta’ bon vicinat fejn allura huwa aktar ta’ natura ċivili u mhumiex fil-kompetenza tal-Awtorità tal-Ippjanar biex tieħu azzjoni fuqhom, diment jekk ma jkunx hemm kondizzjonijiet specifici fil-permess ta’ zvilupp li l-Awtorita’ hija obbligata li tara li qed jiġu osservati.

 

Seduta  441

16/03/2021

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...