31.3.21

TRADE MALTA – ĦIDMA

  14082. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar:

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma ser issir minn Trade Malta tul din is-sena? X’żjarat u missjonijiet hemm jew kien hemm ippjanati?

 

28/04/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t- TradeMalta organizzat żewġ żjarat ta’ kummerċ fl-ewwel xahrejn ta’ l-2020. L-ewwel waħda kienet immirata lejn intrapriżi ta’ manifattura ta l-ikel u z-żjara lejn Dubai u saret fl-istess perjodu ta waħda mill-ikbar fieri ta’ l-ikel fil-Lvant Nofsani, ‘Gulfood. Din iz-żjara saret fil-bidu ta Frar u għaliha attendew 8 intrapriżi.

 

Fl-ewwel Ġimgħa ta’ Marzu TradeMalta organizzat żjara fil-Ghana li kienet immexxija mil-Onorevoli Silvio Schembri. 17-il intrapriża ingħaqdu ma TradeMalta għal din iż--żjara fil-Ghana. Ma dawn intrapriżi ingħaqdu wkoll uffiċjali għolja minn 4 entitajiet pubbliċi u governattivi kif wkoll rappreżentant tal-Kamra tal-Kummerċ.

 

Min Jannar sa Marzu TradeMalta organizzat kors ta tahrig ghal imprendituri lokali li jixtiequ jesportaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom barra min xtutna. Din kienet il-ħames sena li sar dan it-tahrig li jsir b’kollaborazzjoni ma l-Università ta’ Malta u bank lokali. Minħabba il-pandemija l-ahhar sessjonijiet saru online.

 

TradeMalta għandha wkoll il-programm ‘Global Growth’ li minnu jibbenefikaw il-fuq minn għoxrin intrapriża biex ikunu jistaw jkabbru l-bejgħ tagħhom barra min xtutna. Dan il-programm huwa miftuħ is-sena kollha.

 

Fl-ahhar ġimghat ta Frar TradeMalta organizzat seminar mal-Bank Ewropew tar-Rikostruzzjoni u Żvilupp biex toħloq iktar opportunitajiet għal intrapriżi Maltin biex japplikaw għal tender internazzjonali.

 

Min mindu faqqet il-mewġa tal-Koronavirus, TradeMalta bdiet toffri numru ta servizzi ġodda online, bħal webinars u introduzzjonijet onlajn biex jikkomplementaw servizzi oħra li kienu diġà offruti fuq il-pjattaforma elettronika ta TradeMalta. TradeMalta rat żieda fid-domanda ta dawn is-servizzi min mindu feġġet il-pandemija.

 

Qed isiru wkoll tħejjijiet biex jiġu ntrodotti miżuri godda biex jgħinu intrapriżi jesportaw fid-dawl tad-diffikultajiet li ġabet magħha il-pandemija.

 

Fejn għandu x’jaqsam żjarat kummerċjali huwa diffiċli biex TradeMalta torganizza dawn z- zjarat meta l-ivjaggar bl-ajru lejn pajjizi ohra mhux permess. Madankollu TradeMalta kienet qieghda tahdem thejjijet fuq zjarat fl-iRwanda (waqt ic-CHOGM(, Dubai Expo, u l-Etijopja

 

Seduta  328

11/05/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...