14.3.21

HIGH COMMISION ĠEWWA L-GHANA – ĦIDMA

13829. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’ħidma saret f’dawn l-ewwel xhur tas-sena mill-High Commission ta’ pajjiżna ġewwa l-Ghana? Jista’ jindika wkoll xi spejjeż kapitali u rikorrenti saru?

 

20/04/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Il-ħidma tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’dawn l-ewwel xhur tas-sena mill-High Commission ta’ pajjiżna ġewwa l-Gana , maqsuma f’dawn is-sezzjonijiet, tittratta:

 

Bilaterali

 

- Mill-bidu tas-sena 2020 l-hawn, il-Kummissjoni Għolja kompliet il-ħidma taghħa sabiex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilateral bejn Malta u l-Gana f’kull aspett - politiku, ekonomiku u kif ukoll kulturali.

- Wara is-suċċess ta’ żewg żjarat Statali bejn iż-żewġ pajjiżi fl-2018 u fl-2019, il-Kummissjoni Għolja kompliet taħdem sabiex ikomplu l-iskambji politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi fuq l-għola livell.

- Wara li Malta ppubblikat l-istrateġija għall-koperazzjoni mal-Afrika, il-ħidma tal-Kummissjoni Għolja kompliet tiżdied.   Il-Gana kompliet ukoll tgħolli l-istatus tagħha fi ħdan il-kontinent Afrikan wara li se tkun qed tospita s-segretarjat tal-African Continental Free Trade Area (ACFTA), li ladarba jiġi rratifikat mill-pajjiżi kollha jkun l-ikbar suq ħieles fid-dinja.

- Fit-3 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni Għolja ffaċċilitat żjara uffiċjali mill-Onor. Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija, Intrapriżi Żghar u l-Investiment, lejn il-Gana.

- Il-Ministru kien akkumpanjat minn delegazzjoni ta’ tnejn u erbgħin ruħ, fosthom kumpaniji privati u awtoritajiet governattivi Maltin (Trade Malta, Malta Enterprise, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Università ta’ Malta, MCAST, Malta Medicines Authority).

- Waqt iż-żjara, il-Ministru kellu diskussjonijiet uffiċjali mal-Ministru tal-Ekonomija u l-Industrija, il-Ministru tal-Avjazzjoni u l-Ministru tal-Iżvilupp Kummerċjali tal-Gana.

- L-iskambji bejn iż-żewġ pajjiżi mill-bidu tas-sena 'l hawn wasslu wkoll għall-konklużjoni ta’ diversi MemorandaofUnderstanding f’diversi oqsma ta’ interess kemm għall-Malta u kemm għall-Gana, bħall-mediċina u l-farmaċewtika (bejn il-Malta Medicines Authority u l-Ghana Standards Authority); edukazzjoni terzjarja (bejn l-MCAST u l-Università Teknika ta’ Accra) u kif ukoll fil-qasam tal-kummerċ . Dawn ġew iffirmati fit-2 ta’ Marzu 2020, waqt iż-żjara tal- Onor. Silvio Schembri f’Accra.

- Fil-qasam tal-edukazzjoni terzjarzja, qed jiġi nnegozjat Ftehim bejn il-Ministeri tal-Edukazzjoni rispettivi taż-żewg pajjiżi li se jwassal għal rikonoxximent reċiproku ta’ Higher Diplomas u Degrees.

- Il-Kummissjoni Għolja kompliet taħdem sabiex jiżdiedu l-iskambji tekniċi bejn Malta u l-Gana f’diversi setturi.  Fl-2019, il-Kummissjoni Għolja ffaċilitat iż-żjara lejn Malta ta’ uffiċjali għolja mill-bank ċentrali tal-Gana sabiex jirċievu taħrig mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fil-politika monetarja.  Din it-tip ta’ koperazzjoni mistennija tkompli wkoll din is-sena.

- Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, flimkien mal-Università ta’ Malta, qegħdin joffru żewg boroż ta’ studju kull sena għal studenti mill-Gana fil-qasam tax-xjenza. L-Università ta’ Malta qed tesplora mezzi sabiex ikun hemm iktar opportunitajiet għall-studenti Ganiżi biex ikomplu l-istudji jew r-riċerka tagħhom Malta.

- Diskussjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi għaddejjin wkoll sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn Malta u l-Gana fil-qasam tal-imiggrazzjoni.  Il-politika ta’ Malta fejn tidħol il-kwistjoni tal-imigrazzjoni hija mmexxija mill-Valletta Action Plan for Migration li ġie ffirmat wara Summit fuq l-Immigrazzjoni bejn l-UE u l-Afrika li seħħ f’Malta fl-2015.

- Il-Kummissjoni Għolja taħdem ukoll sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Gana fi ħdan organizzazzjonijiet multilaterali.

 

Kummerċjali

 

- Wara is-suċċess tal-ewwel Business Forum bejn Malta u l-Ghana li kien organizzat fis-26 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni Għolja, flimkien ma’ Trade Malta, organizzat it-Tieni Ghana-Malta Business Forum fit- 2 ta’ Marzu ta’ din is-sena ġewwa Accra.

- Sitt awtoritajiet/aġenzija Maltin (Trade Malta, Malta Enterprise, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Università ta’ Malta, MCAST, Malta Medicines Authority) ipparteċipaw fiż-żjara fejn kellhom iċ-ċans jiltaqgħu ma’ awtorijtajiet u aġenziji simili Ganiżi;

- Is-setturi kummerċjali li kienu rappreżentati jinkuludu: edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali; servizzi għall-industrija tal-gass u żejt, ICT, farmaċewtika, R&D u oħrajn.

- Sbatax -il kumpanija Maltija ipparteċipaw fiż-żjara, fejn dawn qanqlu interess qawwi fis-servizzi u prodotti li joffru.

- 'il fuq minn tliet mitt kumpanija Ganiża pparteċipat waqt il-Forum.

 

Memoranda of Understanding iffirmati bejn awtorjitajiet Ganiżi u intrapriżi Maltin waqt il-Business Forum f’Accra fit-2 ta’ Marzu 2020:

 

- Aquabiotech Group u Ghana Standards Authority

- Aquabiotech Group u Akosombo Zone Fish Farmers Association (Assoċjazzjoni ta’ Sajjieda).

 

Din il-koperazzjoni bejn awtorjitajiet Ganiżi u esperti Maltin fil-qasam tas-sajd u l-bioteknoloġija sservi sabiex il-Gana tkompli tiżviluppa is-settur tas-sajd u tgħolli l-livell u l-kwalità tal-ħut bil-ħsieb li jiġi esportat lejn swieq ġodda, inklużi dawk Ewropej.  Il-Gana tista’ tuża l-esperjenza ta’ Malta f’diversei oqsma sabiex tilħaq swieq ġodda. Bl-istess mod, kumpaniji Maltin jistgħu jużaw lil-Gana sabiex jilħqu swieq ġodda fl-Afrika.

 

Statistika Kummerċjali:

 

- Il-Kummissjoni Għolja għandha kuntatt ma’ 10 kumpanija rreġistrata Malta li diġà qiegħda topera fil-Gana;

- Seba’ kumpaniji Maltin diġà qegħdin jesportaw lejn il-Gana;

- Madwar 50 kumapnija Maltija wriet interess mal-Kummissjoni Għolja f’xi tip ta’ kummerċ mal-Gana.

 

Kulturali

 

Il-Kummissjoni Għolja ffaċilitat il-parteċipazzjoni ta’ Filfa (produzzjoni Maltija) fl-edizzjoni tal-EU Film Festival ta’ dini is-sena. Il-Film, li huwa animazzjoni dwar folklor Malti, intwera’ f’Kumasi u f’Accra fil-15 ta’ Frar 2020.

 

Konsolari

 

Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid

0

Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-Żwieġ / Divorzju

0

Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti

1

Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport

0

Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati

0

Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.

20

Facilitation of visa for Maltese through Embassy/Għajnuna lil Maltin dwar viżi

25

 

Promozzjoni ta’ Malta

 

· Facebook, Twitter etc

 

Spejjeż kapitali u rikorrenti (figuri miġbura mill-ECMS sat-23 t’April 2020).

 

Kapitali:

 

Ma saret l-ebda spiża kapitali mill-bidu tas-sena 2020 'l hawn.  In-nefqa kapitali fuq il-proġett ta ' rinnovazzjoni hija żero peress li l-proġett qed jinżamm ‘on hold’. Huwa pertinenti li jiġi stabbilit li kwalunkwe nefqa kapitali li se tiġi mġarrba, 50% ta ' din in-nefqa se tiġi rimborżata mill-Unjoni Ewropea.

 

Rikorrenti:

 

Total ta’ Salarji u Kontribuzzjonijiet Soċjali:                                             EUR27,373.58

Spejjeż ta’ Manteniment u Operazzjonali (inkluż kera):                           EUR14,495.01

 

Seduta  326

05/05/2020

 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...