18115. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI
staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar
tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il immigrant irregolari
ġie rilokat is-sena li għaddiet u lejn liema pajjiżi?
12/01/2021
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma
lill-Onorevoli interpellant illi matul l-2020 Membri Stati oħra kkommettew
ruħhom li jirrilokaw 497 immigrant minn Malta li daħlu rregolarment
bid-dgħajsa. Minkejja diversi sfidi relatati mal-COVID-19 u l-għeluq
tal-ajruporti, sal-aħħar tas-sena ġew rilokati 273 immigrant. Dawn l-immigranti
ġew rilokati lejn Franza (106), Ġermanja (125), Portugal (6), Lussemburgu (7),
Finlandja (25) u Rumanija (4). It-trasferimenti ta’ dawn il-persuni ser
jitkomplew fl-2021.
Seduta 417
19/01/2021
No comments:
Post a Comment