31.3.21

AWSTRALJA U KANADA – INIZJATTIVI FUQ FTEHIM DWAR IS-SAĦĦA

 

14090. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11889, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ġewx meħudin xi passi jew inizjattivi sabiex il-ftehim li pajjiżna għandu mal-Awstralja dwar is-saħħa, jiġi wkoll reġistrat mal-Kanada?

 

28/04/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 11889 għadha rilevanti - ma hemm l-ebda ftehim bilaterali mal-Kanada fil-qasam tas-saħħa jew diskussjonijiet dwar inizzjattivi f’dan ir-rigward.

 

Seduta  329

12/05/2020

No comments:

IL-GUDJA - GĦAJNUNA SOĊJALI

30885. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ki...