19.3.21

RAĦAL IL-ĠDID – PJAZZA DE PAULE – KUMPENS LIS-SIDIEN TAL-ĦWIENET

 19983. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk ġiex imħallas kumpens lis-sidien tal-ħwienet ġewwa l-Pjazza De Paule Raħal il-Ġdid li ħafna minnhom tilfu l-klijentela tagħhom minħabba l-bidliet li saru kif ukoll minħabba li għamlu xhur magħluqin?

 

12/03/2021

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li waqt li kien għaddej il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza De Paule, dejjem tħalla xi tip ta’ aċċess għall-ħwienet, u għalhekk, anke b’rabta tat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 6899, ma ngħatax kumpens. 

Kumpens b’rabta mal-għeluq marbut mal-imxija tal-pandemija mhux qed jiġi koordinat mill-Kunsilli Lokali, u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi kwalunkwe Mistoqsija f’dan ir-rigward lill-Ministru konċernat.

 

Seduta  441

16/03/2021

 

 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...