31.3.21

ARGOTTI AND BOTANIC GARDENS RESOURCE CENTRE – INIZJATTIVI U STUDJI

 

 

14257. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi u studji ttieħdu tul dawn l-aħħar tliet snin u ċjoè fl-2017, 2018 u 2019 fl-Argotti and Botanic Gardens Resource Centre? Jista’ jindika ukoll x’baġit ġie allokat u kemm hemm persuni jaħdmu hemm?

 

04/05/2020

 

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm jaħdmu ġewwa l-Argotti and Botanic Gardens Resource Centre dawn il-persuni:

 

Curator Manager - 1

Technical Officer - 1

Ġardinara - 2

 

Matul iż-żmien kien hemm ukoll varji voluntiera li attendew diversi drabi.

 

Matul is-snin 2017-2019, kien hemm 20 student li għamlu short-term internships. Kien hemm ukoll erba’ (4) studenti oħra li għamlu l-proġett tal-Baċellerat tagħhom ġewwa l-Argotti u dawn kienu minn dipartimenti diversi. Persuna oħra spiċċat l-MSc bir-Riċerka mad-Dipartiment tal-Bijoloġija. Bħalissa hemm ukoll zewġ (2) studenti tal-MSc bir-Riċerka mad-Dipartiment tal-Bioloġija.

 

Proġetti:

 

Hei-Pladi – Erasmus+ (2016-2018) - €41,411
Il-proġett kien jinvolvi żvilupp ta' pakketti edukattivi marbutin mal-immaniġjar tal-ġonna botaniċi u l-erbarju. Kors ta' ġimgħa kien organizzat ġewwa l-Argotti mis-16 sal-20 ta' April 2018 għal numru ta' studenti minn pajjiżi diversi li kienu qed jipparteċipaw f’dan il-proġett.

 

SiMaSeed – Italia Malta (2018-2020) - €486,800
Il-proġett kien jinvolvi ġbir ta' żerriegħa u bini ta' bank taż-żerriegħa, biss dan il-proġett m’għadux fi ħdan l-Argotti u ttieħed fid-Dipartiment tal-Bioloġija.

 

Il-Baġit rikurrenti ta' kull sena kien ta’ madwar €10,500. Dan ma jinkludix il-pagi.

Fl-aħħar kwart tal-2019 ġie mniedi ukoll proġett ta' rinovar tal-ġnien biex dan jerġa’ jibda jiffunzjona bħala ġnien botaniku. L-ewwel fażi kienet tikkonsisti fil-ġarr u qtugħ ta' bosta siġar mejta u rimi ta' ħafna skart miġmuh. Dan involva:

 

Kiri ta’ Skips: €1,275.54
Tneħħija ta' mbarraz u skart minn madwar u ġewwa l-kantina tal-villa antika: €2,975.00
Tindif u tneħħija ta' skart minn diversi lokalitajiet fil-ġnien: €2,925.00
Żbir, qtugħ u ġarr ta' materjal organiku mejjet minn siġar: €1,999.80.

 

Seduta  330

13/05/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...