31.3.21

GĦAJNUNA SOĊJALI - PERSUNI

 

 

14264. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur wieħed (SUP) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

 

04/05/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur wieħed  (SUP), sa l-aħħar tas-sena 2019  u għandhom  il fuq minn 40 sena ammonta għal 381 (Irġiel 15 u Nisa 366).

 

Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 21 -il applikazzjoni ġdida.

 

Seduta  331

18/05/2020

 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...