31.3.21

UNCHR - - PROGRAMMI U DISKUSSJONIJIET

14080. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’programmi u diskussjonijiet qed isiru mal-UNCHR preżentament u x’hemm programmat għal tul din is-sena? Jista’ jikkonferma li tul dawn l-ewwel xhur baqax jingħata aċċess lill-uffiċjali tagħha fiċ-ċentri ta’ detenzjoni?

 

28/04/2020

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn il-gvern, l-aġenziji tiegħu li jaħdmu fis-settur tal-immigrazzjoni u l-UNHCR. Saħansitra l-UNHCR tkun involuta sa mill-bidu meta jkun hemm wasla immigranti f’pajjiżna u tieħu ħsieb ukoll sessjonijiet ta’ informazzjoni.

Isiru wkoll għadd ta’ laqgħat regolari, speċjalment bejn l-AWAS (Agency for the Welfare of Asylum Seekers) u l-UNHCR, fejn iż-żewġ naħat jaqsmu flimkien l-esperjenzi u l-ideat tagħhom.

Hemm ukoll ċirkostanzi fejn il-UNHCR tiffinanzja proġetti li l-għan aħħari tagħhom ikun servizz f’ċentri li għandna f’pajjiżna. Normalment dawn jinħadmu permezz ta’ NGOs oħra.

Kien hemm ukoll kolaborazzjoni f’dan il-perjodu fejn id-dinja inħakmet mill-imxija tal-COVID19, fejn il-UNHCR provdiet anke materjal b’lingwi differenti bil-għan li l-immigranti jkunu infurmati aħjar dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Li l-UNHCR iżżur iċ-ċentri hija xi ħaġa normali. Kien biss wara Marzu, bħala prekawzjoni minħabba l-imxija tal-COVID 19, li ċ-Ċentru ta’ Detenzjoni waqqaf iż-żjarat minn kwalunkwe organizzazzjoni u individwi. Dan sar biex ir-residenti jkunu mħarsa minn dan il-virus.

 

Seduta  328

11/05/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...