14.3.21

TAS-SILĠ – PRESERVAZZJONI U FTUĦ GĦALL-PUBBLIKU

13788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu fis-sit arkeoloġiku f’Tas-Silġ sabiex dan ikompli jiġi ppreservat u fl-istess ħin ikun miftuħ għall-pubbliku?

 20/04/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: F’dawn l-aħħar snin Heritage Malta ħadmet bis-sħiħ sabiex is-sit ta’ Tas-Silġ jiġi ppreservat u eventwalment jiġi mgawdi aħjar mill-pubbliku. Il-passi meħuda kienu jinkludu:

1.      Riċerka arkeoloġika ġdida bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Arkeoloġija fi ħdan l-Universita ta’ Malta

Qed jiġu investigati l-fdalijiet arkeoloġiċi mgħottija minn dak li fadal mill-istruttura ta’ razzett li kien hemm fuq is-sit. Din iż-żona qatt ma kienet investigata qabel.

2.      Faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi

Heritage Malta, wara konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bdiet il-proċess sabiex dan ir-razzett jiġi rranġat u b’hekk ikun jista’ joffri faċilitajiet bażiċi għall-viżitaturi. Dawn il-faċilitajiet bħalissa huma nieqsa għal kollox. Il-pjanijiet għal dawn il-faċilitajiet qed jiġu ffinalizzati.

3.      Diverżjoni ta’ Triq Xrobb l-Għaġin

Heritage Malta, flimkien mal-Ministeru u l-awtoritajiet ikkonċernati, bdiet diskussjonijiet sabiex il-parti ta’ Triq Xrobb l-Għaġin li bħalissa qiegħda taqsam is-sit minn nofs tiġi mneħħijja hekk kif stipulat mill-pjan lokali taż-żona. Id-diskussjonijiet mistennija jitkomplew fil-futur qarib.

 

4.      Attivitajiet Pubbliċi

Heritage Malta organizzat għadd ta’ attivitajiet pubbliċi sabiex il-pubbliku xorta jkun jista’ jżur dawn il-fdalijiet importanti. Ta’ min isemmi li aktar kmieni din is-sena saret attivita bil-kollaborazzjoni tal-Missione Archeologica Italiana, l-ewwel waħda f’ħafna snin. L-attivitajiet ikomplu fis-snin li ġejjin.

 

Seduta  323

29/04/2020

 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...