20.3.21

BORD TA’ RIJABILITAZZJONI TA’ PERSUNI LI NQABDU BID-DROGA - ĦIDMA

19587. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: B’referenza għall-Att Dwar Dipendenza Fuq Id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) Kapitolu 537 tal-liġijiet ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-droga?

 

26/02/2021

 

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena l-oħra l-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-droga kellu 65 każ ġdid, fejn 47 każ ġew riferiti mill-Qorti u 18-ilkaż ġew riferiti mill-Kummissarju għall-Ġustizzja. Intant matul is-sena 2020, 39 każ ġew magħluqa b’suċċess. Il-Bord iltaqgħa’ 11 -il  darba.

L-għan ta’ dan il-bord huwa biex jgħin lil persuni li nqabdu bid-droga fir-rijabilitazzjoni tagħhom. Persuni riċedivi jiġu riferuti lill-bord għal pjanijiet ta’ rijabilitazzjoni u follow-up. Ta’ min jgħid ukoll li dan il-bord jaħdem fil-qrib mal-Qorti kif ukoll tribunali u entitatjiet li jipprovdu servizzi ta’ rijabilitazzjoni sabiex jingħata servizz lill-klijenti sodisfaċenti u b’approach ħolistiku. Il-każijiet jiġu trattati b’mod individwali u skont il-bżonnijiet tal-persuna. Ir-rijabilitazzjoni ta’ dawn il-klijenti tiġi segwita mill-qrib mill-koordinatur li jagħti rapporti regolari lill-Bord u lill-Qrati kif ikun mitlub.

 

Seduta  436

08/03/2021

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...