14.3.21

MALTIN LI JGĦIXU L-LITWANJA, IL-LATVJA U L-ESTONJA

 

 

13827. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ċittadini Maltin li qed jgħixu fil-Litwanja, Latvja u Estonja sal-aħħar tas-sena li għaddiet 2019?

 

20/04/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmt li l-Ministeru jżomm biss għal perjodu stipulat kopji tar-registrazzjoni volontarja tan-Notifika ‘D’ li hija mmirata għal Maltin li jgħixu għal perjodu ta’ żmien barra minn Malta għal finijiet ta’ btala, xogħol u raġunijiet oħra.

 

Għaldaqstant l-informazzjoni li għandu l-Ministeru ma tirriflettix in-numri reali ta’ Maltin li jgħixu barra minn Malta fil-pajjiżi elenkati hawn fuq, imma tindika biss dawk il-persuni li rreġistraw id-dettalji tagħhom mal-Ministeru b’mod volontarju.

 

Skont l-informazzjoni li għandu l-Ministeru, fl-Estonja hemm tgħix persuna Maltija waħda (1); filwaqt li fil-Litwanja u l-Latvja, il-Ministeru m’għandu l-ebda tagħrif fil-forma ta’ reġistrazzjoni volontarja għal Ċittadini Maltin li jsiefru jew jgħixu Barra minn Malta (Notifika ‘D’).

 

Seduta  326

05/05/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...