17555. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’
l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' natura
ordinarja u straordinarja saru tul din is-sena fl-iskola sekondarja ta’ Santa
Lucija (Malta)?
27/11/2020
ONOR. JUSTYNE
CARUANA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola
Sekondarja ta' Santa Luċija, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bdiet
il-proġett ta' bini tal-ewwel sala għall-iskola kif ukoll għall-faċilitajiet
sportivi fuq ġewwa.
Sadanittant, infurmata li tul
din is-sena fl-iskola sekondarja saru dawn ix-xogħlijiet:
· Żebgħa f’partijiet minn kurituri
· Tiswija ta' pajpijiet tal-ilma
· Tiswija tas-sistema ta’ drenaġġ
· Tibjid ta' klassijiet
· Tibjid ta’ turġien mad-dawra tal-iskola
· Kamra b'faċilità sanitarja ġdida
· Linji biż-żebgħa tal-parking tad-dawra tal-iskola
· Inżebgħu l-bankijiet tal-grawnd tal-iskola b'kuluri
differenti
· Sar xogħol ta' ġardinaġġ inkluż il-qtugħ ta’ siġar
tal-palm mejta u tħawwlu siġar ġodda
· Manutenzjoni ta' dawl f'postijiet differenti
· Inqala' grawnd fl-iskola u reġa' sarlu l-konkos
mill-ġdid
· Installazzjoni ta’ lift ġdid
· Preparazzjoni għat-twettiq tal-protokol biex jinfetħu
l-iskejjel fosthom sinjali fil-grawnd biex jifirdu d-designated areas, twaħħil ta' stickers
skont il-linji gwida, irranġar ta' spazji fil-klassijiet u ċaqlieq ta' staff rooms.
Seduta 408
07/12/2020
No comments:
Post a Comment