*22855. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Raħal Ġdid ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
02/11/2021
ONOR.
RODERICK GALDES:
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal
kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.
L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna
dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Seduta Numru 516
09/11/2021
No comments:
Post a Comment