26.12.21

Posting Order

 

 

*22859. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid għala fl-aħħar Posting Order No: 2/2021 (MFA/1537/68/VII) ħarġet numru ta’ punti barra mill-ordinarju u ċjoè li fost l-oħrajn hija mimlija b’postings ta’ persuni li mhumiex membri fil-korp diplomatiku b’tibdil fil-kondizzjonijiet tal-impieg u kif numru ta’ membri tal-Korp li tħaltilhom il-grad tagħhom fejn mhuwiex preċiż, x’inhija l-pożizzjoni u d-dħul rispettiv tagħhom?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill Onor. Interpellant li għall-mistoqsija tiegħu jeħtieġ li jiġi ċċarat illi l-Posting Order Nru. 2/2021 ma għandha l-ebda punt li huwa barra mill-ordinarju. Irid jintqal, li wara ż-żieda tal-Affarijiet Ewropej mal-portafoll ta’ dan il-Ministeru, ir-Rappreżentanza Permanenti għall-Unjoni Ewropea (PREU) reġgħet lura taħt il-mandat ta’ dan il-Ministeru. L-istazzjonar ta' diplomatiċi mhux tal-karriera, jinstab partikolarment f'din il-missjoni speċjali, li tirrekluta ħafna mill-uffiċjali tagħha (ħafna minnhom ikunu esperti tekniċi) permezz ta' sejħiet esterni, u mhux permezz tas-sejħa għal-Second Secretaries fil-Korp Diplomatiku. Dawn ikunu sejħiet li jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-Kumissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tal-impjieg dwar il-postings. Dan il-metodu huwa speċifiku għall-PREU li għandha bżonnijiet uniċi, fost il-missjonijiet ta’ Malta barra minn xtutna. Irid jingħad ukoll, illi l-Korp Diplomatiku Malti mhux kbir biżżejjed biex jilqa’ għad-domanda tal-missjonijiet tagħna barra minn xtutna, kif ukoll il-bżonnijiet tal-Ministeru. Għalkemm minn żmien għal żmien jinħarġu sejħiet għal Second Secretaries, il-ħtieġa għal dawn l-uffiċjali qed tirriżulta li tkun iżjed min-numru tal-uffiċjali li jkunu reklutati.

Seduta Numru 518
10/11/2021

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...