20.6.20

XGĦAJRA – BATTERIJA DELLA GRAZIA - RESTAWR

 15112. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-batterija Della Grazia fix-Xagħjra li fiha hemm il-Kunsill Lokali hiex ser tiġi mogħtija riżorsi separata sabiex tiġi miżmuma sew u restawrata?

 

01/06/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed tittieħed nota ta’ dan l-istat ta’ fatt. Jiġi relevat li f’pajjiżna għandna patrimonju kbir ħafna li jirrikjedi attenzjoni kontinwa mill-aspett ta’ restawr u manutenzjoni. Naturalment il-Ministeru jipprioratizza minn sena għal sena x-xogħlijiet li jridu jsiru, però fl-isfond ta’ din l-Interpellanza, ser nidderieġi lill-Heritage Malta sabiex tħejji assessment ta’ dak li għandu jsir fir-rigward ta’ din il-batterija, bil-għan li fil-mument propizju jittieħed l-intervent opportun.

 

Seduta 340

08/06/2020


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...