27.6.20

MALTA AFRICA STRATEGY FOR PARTNERSHIP 2020-2025 - INIZJATTIVI

15313. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu in segwitu għall-inizjattiva li saret f’Jannar 2020 “Malta Africa Strategy for Partnership 2020-2025”?

 04/06/2020

ONOR. EVARIST BARTOLO:  L-Istrateġija tal-Afrika tnediet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ (MFTP) f'Jannar 2020. Sussegwentement, il-portafoll tal-Promozzjoni tal-Kummerċ ġie assorbit fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.  Dan wassal biex delegazzjoni kummerċjali żaret il-Ghana b'suċċess f'Marzu 2020.

 

Sa mit-tnehdija tal-Istrateġija ta’ Malta għal Sħubija mal-Afrika, 5 xhur ilu, l-Miniteru kellu jadatta għal bidliet li ġabet magħha il-pandemija tal-COVID-19 li kellhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ bosta settur tal-politika barranija, inkluż din l-Istrateġija.

 

Minkejja dan kollu, kien hemm ammont ta’ xoghol preparatorju li beda jseħħ, li jinkludi:

 

a)            Konsolidazzjoni tal-attività ta’ Malta fil-Ghana u l-Etjopja f'konformità mal-Istrateġija ta’ Malta għal Sħubija mal-Afrika permezz ta’ sforzi kontinwi biex insaħħu l-opert tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fil-Ghana filwaqt li nespandu l-firxa tagħna f'Addis Ababa, kemm bilateralment kif ukoll mal-kwartieri tal-Unjoni Afrikana.

 

b)           Kontatti mal-Djibouti bħala punt ta' dħul għall-kumpaniji Maltin fi stati varji fl-Afrika.

 

c)            Kuntatti uffiċjali fin-Namibja u fir-Rwanda - pajjiżi tal-Commonwealth - li t-tnejn għandhom il-potenzjal li jaġixxu bħala punti ta' dħul fir-reġjuni rispettivi tagħhom.

 

d)           Id-diplomazija COVID-19 li biha Malta waslet għand il-pajjiżi ewlenin fl-Afrika biex taqsam l-esperjenza tagħna dwar il-pandemija.

 

e)            Ġie mfakkar Jum l-Afrika fis-26 ta' Mejju 2020 permezz ta’ laqgħa virtwali ma’ studenti Afrikani li jistudjaw f'Malta.

 

f)            Aktar enfasi fuq l-Afrika fix-xogħol tal-programm tal-assistenza għall-iżvilupp, fl-approċċ konġunt bejn is-settur publiku u dak privat, lejn il-kontinent Afrikan.

 

 

Għalhekk hija l-intenzjoni tal-Minsiteru li jkompli jibni fuq dawn l-impenju initzzjali sabiex l-Istrateġija għal Sħubija mal-Afrika tkun tista tagħti l-frott tagħha f’diversi forom, fosthom opportunitajiet kummerċjali fis-swieq tal-Afrika. 

 

Il-Ministeru jinsab ukoll impenjat li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta’ Strateġija Ewropea għall-Afrika u biex niżguraw li l-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu u jsarrfu f’inqas pressjonijiet ta’ migrazzjoni lejn l-Ewropa. Bl-amalgamazzjoni tal-Affarijiet Ewropej mal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru qiegħed ukoll jesploraw il-possibiltajiet ta’ opportunitajiet għal proġetti trilaterali bejn Malta, l-UE u pajjiżi fl-Afrika.

 

Seduta  347

23/06/2020


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...