27.6.20

COUNCIL ON THE MOVE - SERVIZZI

 


 

15320. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14528, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet u hija r-raġuni għala għal din is-sena ma sarux talbiet għall-iktar fondi biex insostnu l-programm tal-Consul on the Move billi din kienet suċċess?

 

04/06/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena ma sarux talbiet addizzjonali għal fondi biex isostnu l-Programm Consul-on-the-Move għar-raġuni li ma kienx hemm żieda fil-pajjiżi li fihom jiġu organizzat it-tali programm. Tajjeb wieħed jgħid li f’ċirkustanzi ta’ dan it-tip il-Ministeru jieħu f’konsiderazzjoni t-talbiet tas-sena ta’ qabel u jagħmel previżjonijiet għas-sena ta’ wara bil-għan li jkollu stima approssimattiva ta’ talbiet potenzjali. Fil-każ ta’ din is-sena, filwaqt li l-previżjoni kienet xi ftit jew wisq l-istess bħal tas-sena l-oħra, tajjeb ninforma li minħabba l-pandemija COVID-19 kull żjara li kienet pjanata tħassret għal data oħra li titħabbar aktar ‘il quddiem meta s-sitwazzjoni tkun aħjar

 

Seduta  348

24/06/2020


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...