13783. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: In vista
tal-fatt ta’ ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti
minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni, u peress li ma
jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età
tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early
retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet
snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor fil-frattemp, jista’ l-Ministru jgħid jekk
jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din
is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?
20/04/2020
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma
lill-Onor. Interpellant li, informazzjoni fir-rigward ta’ drittijiet li għandu
jkollha persuna jekk tistax taħdem jew le qabel l-eta’ tal-irtirar, ma toħroġx
mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali iżda mill-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali
u Xogħol. L-Att dwar is-Sigurtá Soċjali jirregola biss iċ-ċrkostanza
msemmija ta’ xi ħadd li jkun talab il-pensjoni tas-sigurtà soċjali fl-età ta’
61 sena jew wara, sakemm jilħaq l-età tal-irtirar.
Seduta 322
No comments:
Post a Comment