04/06/2020
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol
tat-Taqsima tad-Diplomazija Kummerċjali li tinsab fil-Ministeru kien, għadu u
jibqa’ importanti nonostanti li Trade Malta kif semmejt tajjeb int m’għadhiex
iktar parti mid-dekasteru kif kienet qabel. Fil-fatt nista’ nikkonferma li
t-Taqsima msemmija taħdem attivament sabiex tassisti lill-Ambaxxati tagħna
fil-promozzjoni tal-kummerċ u dan tagħmlu bl-assistenza tal-istakeholders
Maltin kollha fosthom ta’ Trade Malta.
Ta’ min ifakkar ukoll li
aktar kmieni din is-sena, il-Ministeru nieda l-Malta and Africa: A Strategy for Partnership 2020-2025. Fost
oħrajn, dan id-dokument elenka diversi opportunijet biex pajjiżna jsaħħaħ ir-relazzjonijiet
kummerċjali mal-kontinent Afrikan permezz ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn in-network diplomatiku u dak kummerċjali
sabiex jinfetħu swieq ġodda għall-intrapriżi Maltin. U huwa propju dan li qed
isir u f’dan ir-rigward nieħu l-opportunita’ li nisħaq dwar l-importanza ta’
kollaborazzjoni sħiħa bejn l-istakeholders kollha msemmija sabiex inkomplu
nippromwovu b’suċċess lil pajjizna fil-qasam kummerċjali
Seduta 345
17/06/2020
No comments:
Post a Comment