20.6.20

ĠNIEN DUMINKU MINTOFF - MANUTENZJONI

15301. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex Ġnien Duminku Mintoff jiġi miżmum sew billi jidher li jinsab mhux wisq ikkurat?

 

04/06/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fi Ġnien Duminku Mintoff mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.

 

Seduta  345

17/06/2020


No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...