13782. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza
għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13375, jista’ l-Ministru jikkonsidra
li jdaħħal il-ftuħ tal-Fortizza ta’ Delimara bħala parti mill-programmi u
proġetti għas-snin li ġejjin, sabiex il-post jinfetaħ għall-pubbliku?
20/04/2020
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li
l-Fortizza ta’ Delimara qed tinfetaħ biss għall-attivitajiet kulturali li qed
jiżdiedu minn sena għall-sena. Dawn jinkludu Open Days, clean ups, guided tours u attivitajiet tematiċi oħra,
hekk kif stipulat fil-programm ta’ attivitajiet ta’ Heritage Malta.
Dan il-programm ma setax
jitkompla minħabba l-pandemija ta’ COVID-19, iżda żgur illi mhux eskluż li
tiżdied il-frekwenza ta’ attivitajiet f’din il-fortizza ladarba s-sitwazzjoni
terġa tiġi lura għan-normal.
Seduta 322
No comments:
Post a Comment