15116. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol:
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14257, jista’
l-Ministru jinforma lill-Kamra x’riżultati ġew miksuba permezz tal-Hei-Pladi
Erasmus + (2018-2020) kif ukoll dak ta’ SiMaSeed-Italia Malta (2018-2020) u
jista’ jindika għaliex dak il-proġett ma baqax l-Argotti u għadda
fid-Dipartiment tal-Bijoloġija?
01/06/2020
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li skont ir-rapport finali,
Innovazzjoni f'Sħubiji strateġiċi Erasmus +, It-tieni studju tal-impatt dwar
‘Higher Education Innovation in Plant Diversity: flexible learning paths for
emerging labour market’, referenza 2015-1-IT02-KA203-014874 li kien tmexxa
mill-Università degli studi del Molise, il-proġett HEIPLADI żviluppa, ittestja
u implimenta programm pilota ta' edukazzjoni għolja fuq diversi kwistjonijiet
tal-bijodiversità tal-pjanti. HEIPLADI isegwi l-prijoritajiet tal-aġenda ta'
modernizzazzjoni tal-UE 2011 biex jgħammar il-ġenerazzjonijiet iżgħar b'ħiliet
trasversali għas-swieq tax-xogħol ġodda emerġenti, bħall-impjiegi ħodor
relatati mal-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent. Ħames moduli ta'
tagħlim elettroniku ġew implimentati, disponibbli u użati minn suġġetti
differenti: studenti, edukaturi, laboratorji, erbarja, mużewijiet, banek
tal-ġeroplasmi, ġonna botaniċi, parks naturali tal-mixtli nazzjonalment u
internazzjonalment. Seba' attivitajiet ta' taħriġ għal żmien qasir ġew
organizzati waqt il-proġett bħala xogħol fuq il-post u bil-għan li jiżviluppaw
ħiliet, japprofondixxu l-għarfien dwar is-suġġetti tal-modulu tat-tagħlim
elettroniku. Dan il-progett wasal
fit-tmiem tiegħu, waqt li dak tas-SiMaSeed ma baqax fi ħdan l-Argotti bi qbil
mal-ex kuratur u koordinatur tal-proġett.
Seduta 341
09/06/2020
No comments:
Post a Comment