15117. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14283, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa d-dħul annwali fl-2019 tal-ħaddiema ngaġġati fl-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation? Jista’ jinforma lill-Kamra f’liema postijiet qed jagħtu s-servizzi tagħhom?
01/06/2020
ONOR. OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dħul annwali fl-2019 tal-ħaddiema ingaġġati fl-iskema Community Work Scheme Enterprise Foundation huwa kif ġej:
· Dawk l-impjegati li daħlu fl-2016 għandhom salarju
annwali ta’ €11,699.52c + Bonuses tal-Gvern + Performance Bonus sa massimu ta’ €450
· Dawk l-impjegati li daħlu fl-2018 u wara, għandhom
salarju annwali ta’ €11,543.52c + Bonuses tal-Gvern + Performance Bonus sa massimu ta’ €450
Dawn il-ħaddiema qed jagħtu
s-servizzi tagħhom fil-postijiet kif indikat fit-tabella t’hawn taħt.
MEDE |
15 |
Ministry for Gozo |
238 |
Local Councils |
296 |
NGOs |
70 |
Public Entities |
67 |
State Colleges |
231 |
Roaming |
3 |
Seduta 341
09/06/2020
No comments:
Post a Comment